Movimento dei Focolari

[:ot]Kelma tal-Ħajja Frar 2012[:]

Feb 1, 2012

[:ot]“Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba” (Mk 1, 15).[:]

[:ot]Download pdf


“Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba.” Fil-Vanġelu ta’ San Mark, l-aħbar it-tajba ta’ Ġesù lid-dinja u l-messaġġ tiegħu ta’ salvazzjoni, jibda b’dan il-kliem: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna t’Alla waslet: indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba”. Bit-twelid ta’ Ġesù beda żmien ġdid, iż-żmien tal-grazzja u tas-salvazzjoni. L-ewwel kliem tiegħu hu stedina biex nilqgħu bil-qalb din l-aħbar ġdida, li hija r-realtà nnifisha tas-Saltna t’Alla li hu qed iwassal lil kulħadd, għax hu jinsab qrib kull bniedem. Ġesù mill-ewwel jurina t-triq: din hi li nikkonvertu u nemmnu fil-Vanġelu, jiġifieri li nibdlu ħajjitna mill-qiegħ u naċċettaw il-Kelma t’Alla li permezz ta’ Ġesù tasal għand il-bnedmin kollha ta’ kull żmien. Il-konverżjoni u l-fidi huma żewġ affarijiet li jmorru flimkien; m’hemmx waħda mingħajr l-oħra, imma kull waħda tinbet fina meta niġu f’kuntatt mal-kelma li hi ħajja, mal-preżenza ta’ Ġesù li llum ukoll itenni lill-folol: “Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba.” Meta aħna nilqgħu l-Kelma t’Alla u ngħixuha, hi ġġib bidla fil-mod kif naħsbu, jiġifieri konverżjoni. Hi timla l-qalb ta’ kulħadd: Ewropej, Asjatiċi, Awstraljani, Amerikani, Afrikani, bis-sentimenti ta’ Kristu quddiem iċ-ċirkustanzi tal-ħajja, kemm fil-bniedem singolu kif ukoll fis-soċjetà. Imma l-Vanġelu kif jista’ jagħmel il-miraklu u jibdilna mill-qiegħ, jagħtina fidi ġdida mimlija dawl? Is-sigriet qiegħed fil-misteru li jinsab fi kliem Ġesù. Kliemu mhuwiex sempliċement dak li nistgħu jew li ma nistgħux nagħmlu, mhuwiex sett ta’ direttivi jew ordnijiet. Fil-Kelma ta’ Ġesù nsibu lilU nnifsu jkellimna. Kliemu hu Ġesù nnifsu, l-istess persuna tiegħu. B’hekk aħna niltaqgħu miegħu f’Kelmtu. Meta nilqgħuha f’qalbna, kif Hu jridna nagħmlu (jiġifieri meta nkunu lesti li ngħixuha fil-ħajja tagħna) aħna nsiru ħaġa waħda miegħu u Hu jitwieled jew jikber fina. Hu għalhekk li kull wieħed minna jista’ u għandu jilqa’ din l-istedina ta’ Ġesù li tant titlob affarijiet minna. “Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba.” Jista’ jkun hemm min jaħseb li l-Kliem tal-Vanġelu hu għoli u tqil wisq, li hu wisq ’il bogħod mill-mod kif is-soltu ngħixu u naħsbu, u għalhekk jew jitħajjar ma jisimgħux, jew inkella jaqta’ qalbu. Imma dan kollu jiġri jekk naħsbu li l-muntanja tan-nuqqas ta’ fidi rridu nċaqalquha waħedna. Filwaqt li jkun biżżejjed li nagħmlu ħilitna u ngħixu Kelma waħda biss mill-Vanġelu biex fiha nsibu għajnuna li ma tkunx qed tistenniha u forza unika, dawl għall-passi tagħna (ara Salm 118, 105). Għax dik il-Kelma, li fiha hemm Alla, meta ngħixuha tagħmilna nies ħielsa, issaffina, tibdilna, iġġibilna l-faraġ u l-ferħ, tagħtina l-għerf. “Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba.” Kemm tista’ tkun ta’ dawl għalina din il-Kelma matul il-ġurnata! Kull darba li nħabbtu wiċċna man-nuqqasijiet tagħna jew tal-oħrajn, kull meta jidhrilna li ma jistax ikun li timxi wara Ġesù, kull darba li d-diffikultajiet iħajruna naqtgħu qalbna, din il-Kelma tista’ tkun għalina dik il-ħaġa li biha ninqatgħu ’l fuq, tagħmlilna l-qalb u tħeġġiġna biex nibdew mill-ġdid. Kull ma trid tagħmel hu li malajr kemm jista’ jkun “tibdel” xi ftit ir-rotta biex toħroġ mill-għeluq tiegħek u tinfetaħ għal Alla, biex b’hekk tħoss ħajja oħra titwieled fik, il-ħajja vera. Jekk imbagħad inkunu nistgħu naqsmu din l-esperjenza ma’ xi ħabib tagħna, li hu wkoll ikun għażel li jgħix il-Vanġelu bħala r-regola ta’ ħajtu, madwarna naraw tikber il-komunità nisranija. Għax meta ngħixu l-Kelma t’Alla u naqsmuha ma’ ħaddieħor iseħħ miraklu: din tagħti bidu għal komunità li tkun il-ħmira u l-melħ għas-soċjetà, u li tagħti xhieda għal Kristu fil-postijiet kollha tad-dinja. Chiara Lubich[:]

___

0 commenti

Invia un commento

Il tuo indirizzo email non sarà pubblicato. I campi obbligatori sono contrassegnati *

Iscriviti alla Newsletter

Pensiero del giorno

Articoli Correlati

Fratellanza

Fratellanza

La fratellanza, l’essere figli di uno stesso Padre, può essere la radice di ogni pacifismo. In questo stralcio tratto dal volume “Rivolta cattolica” Igino Giordani scrive quasi una invocazione, un poetico appello che ci costringe ad alzare lo sguardo e ci apre gli occhi su chi è il fratello, quel fratello che può essere catalogato come nemico, come straniero, come migrante, ma sempre fratello è. E’ un appello che scritto nel lontano 1925 ci può toccare le corde più profonde e ci interpella per essere costruttori di pace.