Kelma tal-Ħajja – Lulju 2011

“Ishru u itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib. L-ispirtu, iva, irid; imma l-ġisem dgħajjef”. (1)
[全部資料]

Wara għaxar snin mill-għotja ta’ din il-lawrea lil Chiara, f’Malta nżamm seminar speċjalistiku fuq it-tifsira psikoloġika tal-mudell relazzjonali li joħroġ mill-ispiritwalità tal-unità. U llum ukoll il-komunità fokolarina Maltija tinsab miexja ’l quddiem, u n-nies li b’xi mod jew ieħor iħaddnu din l-ispiritwalità jlaħħqu l-eluf. Insibu rabtiet mill-aktar ħajja li nbnew fi ħdan il-Knisja lokali u ma’ Movimenti u komunitajiet ekkleżjali oħra. Frott konkret ta’ dan hu x-xogħol li jinsab għaddej bħalissa fil-mixja lejn ‘Flimkien għall-Ewropa 2012’. 
Wieħed mill-iżviluppi ta’ dan l-aħħar sar fil-qasam kulturali, partikolarment f’dak tas-saħħa, tat-tagħlim u f’dak sportiv, kif ukoll f’dak politiku-ġuridiku: membri tal-Fokolari li huma ġejjin miż-żewġ partiti politiċi ewlenin, qed ifittxu li jagħtu x-xhieda tagħhom bħala aħwa.
L-iskola tal-lingwa Ingliża “The Voice”, li twaqqfet fl-1992, hi wkoll apprezzata mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni għall-klima sabiħa fejn kulħadd iħossu milqugħ u għall-professjonalità tat-tagħlim. Din hija waħda mill-inizzjattivi Maltin fi ħdan l-Ekonomija ta’ Komunjoni.
Anki San Pawl ħassu milqugħ ħafna, meta wasal hawnhekk ħtija tan-nawfraġju (Atti 27, 26). Hu dam fil-gżira għal tliet xhur u, kif fakkar Benedittu XVI fil-vjaġġ tas-sena 2010, warajh ħalla “sinjal li ma jitħassarx fl-istorja ta’ Pajjiżkom”. F’dik l-okkażjoni kien fakkar għal darb’oħra li grazzi għall-miġja ta’ Pawlu fost il-Maltin, il-Vanġelu ta’ Ġesù rabba l-għeruq tiegħu bi sħiħ u wassal għal “ħafna frott mhux biss fil-ħajja tal-individwi, tal-familji u tal-komunitajiet, imma wkoll fil-formazzjoni tal-identità nazzjonali ta’ Malta, kif ukoll fil-kultura mimlija ħajja tagħha”.

“Ishru u itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib. L-ispirtu, iva, irid; imma l-ġisem dgħajjef”. (1)
[全部資料]“Timxux max-xejra ta’ din id-dinja, iżda nbidlu, skont it-tiġdid ta’ fehmietkom, biex iseħħilkom tagħrfu xinhi r-rieda t’Alla, xinhu li jogħġbu, xinhu perfett” (Rm 12,2)
[全部資料]“Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu.”
[全部資料]