Movimento dei Focolari

[:ot]Kelma tal-Ħajja – Diċembru 2011[:]

Dic 1, 2011

[:ot]“Hejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu” (Lq 3, 4)[:]

[:ot]Download Kelma tal-Ħajja


“Hejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu” (Lq 3, 4)* Din hi “kelma” oħra li aħna mistednin ngħixuha f’dan iż-żmien tal-Avvent. San Luqa l-Evanġelista jeħodha minn Isaija, il-profeta tal-faraġ. Għall-insara tal-ewwel żminijiet, din il-kelma kienet titkellem fuq San Ġwann il-Battista, li għex qabel Ġesù. F’dan iż-żmien ta’ qabel il-Milied, il-Knisja tippreżentalna ’l dan il-qaddis prekursur ta’ Ġesù, tistedinna nifirħu, għax San Ġwann huwa bħal messaġġier li jħabbar il-wasla tar-Re. Infatti, minn hawn u ftit ieħor se jiġi fostna. Alla wasal biex iwettaq il-wegħdiet tiegħu li jaħfer id-dnubiet u jagħti s-salvazzjoni. “Hejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu”. Imma, jekk dan hu kliem ta’ ferħ, huwa wkoll stedina biex indawru t-tmun ta’ ħajjitna, biex nibdlu mill-qiegħ ħajjitna. San Ġwann qed jistedinna nhejju t-triq tal-Mulej. Imma din xi triq hi? Qabel ma ħareġ għall-ħajja pubblika tiegħu biex jibda jippriedka, Ġesù, li San Ġwann kien ħabbar il-miġja tiegħu, għadda xi żmien fid-deżert. Din kienet triqtu. Fid-deżert, li fih sab intimità profonda ma’ Missieru, iltaqa’ wkoll mat-tentazzjonijiet. B’hekk sar jixbah lilna l-bnedmin. U minn dawn it-tentazzjonijiet, hu ħareġ rebbieħ. Din hija l-istess triq li wara nsibuha fil-mewt u l-qawmien tiegħu. Wara li mexa t-triq kollha tiegħu, hu nnifsu sar ‘triq’ għalina li għadna fil-mixja tagħna. Hu stess huwa t-triq li minnha rridu ngħaddu biex is-sejħa tagħna bħala bnedmin titwettaq sal-aħħar. Din is-sejħa hi li nidħlu f’komunjoni, f’rabta sħiħa m’Alla. Kull wieħed u waħda minna hu msejjaħ biex ihejji t-triq għal Ġesù, li jrid jidħol f’ħajjitna. Għalhekk jeħtieġ li niddrittaw il-mogħdijiet ta’ ħajjitna, biex Hu jkun jista’ jiġi ġewwa fina. Jeħtieġ li nhejjulu t-triq billi nneħħu dak kollu li jfixkilna: dak it-tfixkil li jiġi mill-mod limitat kif aħna nħarsu lejn il-ħajja, u mir-rieda fjakka tagħna. Jeħtieġ li jkollna l-ħila nagħżlu bejn it-triq tagħna u dik tiegħu, bejn ir-rieda tagħna u dik tiegħu, bejn programm li għamilna aħna u dak maħsub mill-imħabba tiegħu li tista’ kollox. U meta nkunu ħadna din id-deċiżjoni, irridu naħdmu biex ir-rieda miskina tagħna, li trid tagħmel ta’ rasha, tkun taqbel ma’ tiegħu. Kif? L-insara li rnexxew jgħallmuna mod tajjeb, prattiku u intelliġenti: issa, dan il-ħin. F’kull ħin irridu nneħħu ġebla wara l-oħra biex mhux ir-rieda tagħna tgħix fina, imma tiegħu. B’hekk inkunu għexna l-Kelma: “Hejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu”.

Chiara Lubich


* Kelma tal-Ħajja, 1997 ippubblikata fuq Città Nuova, 1997/22, pġ.32-33.  

[:]

___

0 commenti

Invia un commento

Il tuo indirizzo email non sarà pubblicato. I campi obbligatori sono contrassegnati *

Iscriviti alla Newsletter

Pensiero del giorno

Articoli Correlati

Sulla strada con Emmaus

Sulla strada con Emmaus

Dalla sua elezione nel 2008 alla conclusione del suo secondo mandato nel 2021, alcune immagini dei momenti che hanno caratterizzato i 12 anni nei quali Maria Voce Emmaus è stata Presidente dei Focolari : eventi, tappe nel cammino di dialogo, incontri con personalità religiose e civili, e con varie comunità dei Focolari nel mondo.

Maria Voce è tornata alla casa del Padre

Maria Voce è tornata alla casa del Padre

Prima Presidente del Movimento dei Focolari dopo la fondatrice Chiara Lubich, Maria Voce è deceduta ieri, 20 giugno, 2025 nella sua casa. Le parole di Margaret Karram e Jesús Morán. I funerali si terranno il 23 giugno prossimo, alle 15.00 presso il Centro Internazionale dei Focolari a Rocca di Papa (Roma).

Grazie Emmaus!

Grazie Emmaus!

La lettera di Margaret Karram, Presidente del Movimento dei Focolari, in occasione della dipartita di Maria Voce – Emmaus.