Movimento dei Focolari

[:ot]Kelma tal-Ħajja – Ġunju 2012[:]

Giu 5, 2012

[:ot]“Tħabtu mhux għall-ikel li jintemm iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom” (Ġw 6, 27).[:]

[:en]
[:de]
[:es]
[:fr]
[:pt]
[:zh]
[:ot]Wara li tema lill-kotra bil-miraklu tal-ħobż qrib il-baħar ta’ Tiberija, Ġesù qasam bil-moħbi għax-xatt l-ieħor qrib Kafarnahum biex iwarrab min-nies li ridu jagħmluh sultan. Ħafna minnhom xorta waħda bdew ifittxuh u sa fl-aħħar sabu fejn kien qiegħed. Iżda ’l Ġesù ma għoġbitux il-ħeġġa li kienet imqanqla minn interess persunali. Huma kienu għadhom kemm kielu mill-ħobż tal-miraklu, u kienu qed jaraw biss li kisbu l-ikel materjali mingħajr ma fehmu t-tifsira kbira ta’ dak il-ħobż. Dak il-ħobż juri li Ġesù hu l-mibgħut mill-Missier biex jagħti l-ħajja vera lid-dinja. F’Ġesù raw biss wieħed li jagħmel il-mirakli, Messija ta’ din id-dinja, li jaf jipprovdilhom ħafna ikel mingħajr tbatija ta’ xejn. Ġesù ħeġġeġ lil dawn in-nies billi qalilhom:   “Tħabtu mhux għall-ikel li jintemm iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom”.   “L-ikel li ma jintemmx” hu l-persuna nnifisha ta’ Ġesù u hu wkoll it-tagħlim tiegħu, għax it-tagħlim ta’ Ġesù u l-persuna tiegħu huma ħaġa waħda. Jekk inkomplu naqraw ftit aktar ’il quddiem, nindunaw li dan il-“ħobż li ma jintemmx” hu l-istess ġisem ewkaristiku ta’ Ġesù. Għalhekk nistgħu ngħidu li “l-ħobż li ma jintemmx” hu Ġesù nnifsu li jagħtina lilu nnifsu fil-Kelma tiegħu u fl-Ewkaristija.   “Tħabtu mhux għall-ikel li jintemm iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom”.   Ix-xbieha tal-ħobż, kif ukoll dik tal-ilma, ta’ sikwit jintużaw fil-Bibbja. Il-ħobż u l-ilma huma meqjusa bħala l-ikel ewlieni li mingħajru l-bniedem ma jistax jgħix. Meta Ġesù xebbah lilu nnifsu mal-ħobż, hu ried ifisser li l-ħajja spiritwali tal-bniedem ma tistax tgħaddi mingħajr il-persuna u t-tagħlim tiegħu, daqskemm il-ħajja tal-ġisem ma tistax tgħaddi mingħajr il-ħobż. M’għandniex xi ngħidu, il-ħobż li nieklu hu meħtieġ. Ġesù stess kattru b’miraklu għall-folol. Imma mhux biżżejjed il-ħobż waħdu. Il-bniedem, anki forsi mingħajr ma jintebaħ, ġo fih iħoss ġuħ u għatx kbir għall-verità, għall-ġustizzja, għat-tjieba, għall-imħabba, għas-safa, għall-għerf, għall-paċi, għall-ferħ, għall-ħajja li ma tintemmx: ġuħ li l-ebda ħaġa fid-dinja ma tista’ taqta’. Ġesù qed juri li hu biss jista’ jtaffi dan il-ġuħ li hemm f’qalb il-bniedem.   “Tħabtu mhux għall-ikel li jintemm iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom”.   Meta Ġesù wera lilu nnifsu bħala “ħobż tal-ħajja”, hu ma riedx biss jisħaq kemm hu meħtieġ li nitrejqu bih, li jeħtiġilna nemmnu fi kliemu biex niksbu l-ħajja ta’ dejjem, imma Ġesù jrid jimbuttana ngħaddu mill-istess esperjenza tiegħu. Fil-fatt, bil-kliem: “Tħabtu għall-ikel li ma jintemmx” qed jagħmlilna stedina ħerqana. Qed jgħidilna li jeħtieġ immiddu jdejna, jiġifieri nagħmlu minn kollox biex niksbu dan l-ikel. Ġesù mhuwiex iġegħelna nagħmlu xi ħaġa ta’ bilfors, imma jridna niskopruh u nduqu l-preżenza tiegħu. Bla ebda dubju li l-bniedem, bil-ħila tiegħu biss, ma jistax jasal għand Ġesù. Jista’ jasal bi grazzja minn Alla. Madankollu Ġesù l-ħin kollu qed jistieden il-bnedmin biex ikunu lesti jilqgħu r-rigal li jrid jagħtihom: lilu nnifsu. U huwa sewwa sew meta jipprova jgħix kliem Ġesù li l-bniedem jikseb fidi sħiħa fih, u jduq u jara kemm hi tajba l-Kelma tiegħu bħalma jieħu gost b’xi biċċa ħobż friska u bnina.   “Tħabtu mhux għall-ikel li jintemm iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom”.   Il-Kelma tal-ħajja ta’ dan ix-xahar ma titkellimx fuq xi punt partikulari mit-tagħlim ta’ Ġesù (per eżempju l-maħfra, jew li ninqatgħu mill-ġid). Din id-darba qed tressaqna lejn il-qalba tal-ħajja nisranija, jiġifieri lejn ir-rabta persunali tagħna ma’ Ġesù. Jiena nemmen li min beda jgħix Kliemu bis-serjetà jista’ jintebaħ xi ftit li Ġesù hu l-“ħobż” tal-ħajja li għandu l-ħila jissodisfa x-xewqat ta’ qalbu, li hu l-għajn ta’ kull ferħ u dawl tiegħu. Dan speċjalment meta jgħix il-kmandament tal-imħabba tal-proxxmu, li fih jiġbor il-kliem kollu t’Alla u l-kmandamenti kollha tiegħu. Meta tgħix din il-Kelma tista’ tara xi ftit li l-Kelma t’Alla hi t-tweġiba vera għall-problemi tal-bniedem u tad-dinja. Billi Ġesù, “il-ħobż tal-ħajja” jagħti lilu nnifsu għal kollox fl-Ewkaristija, min jgħix Kelmtu, waħdu jħoss il-bżonn li jirċievi l-Ewkaristija bi mħabba u li jagħtiha post importanti f’ħajtu. Issa jmiss li, min għadda minn din l-esperjenza sabiħa, ikollu l-istess ħeġġa li biha Ġesù jqanqalna biex nakkwistaw il-“ħobż tal-ħajja”. Għalhekk jeħtieġ li ma jżommx dak li sab f’ħajtu għalih, imma jgħaddih lill-oħrajn ħalli ħafna nies oħra jsibu f’Ġesù dak li qalbhom fittxet sa minn dejjem. Dan ikun att kbir ta’ mħabba lejn l-oħrajn biex huma wkoll isiru jafu sa minn din id-dinja xinhi l-vera ħajja u jkollhom il-ħajja li ma tintemmx. U x’tista’ tixtieq aktar minn hekk? Chiara Lubich[:]

0 commenti

Invia un commento

Il tuo indirizzo email non sarà pubblicato. I campi obbligatori sono contrassegnati *


Iscriviti alla Newsletter

Pensiero del giorno

Articoli Correlati

Chiara Lubich: T’ho trovato

Chiara Lubich: T’ho trovato

In occasione dell’anniversario che ricorda la morte di Chiara Lubich, fondatrice del Movimento dei Focolari, condividiamo una sua meditazione che esprime il cammino interiore di un’anima che riconosce la presenza di Dio nei luoghi più diversi dell’esperienza umana.

Emergenza Medio Oriente

Emergenza Medio Oriente

Il Coordinamento Emergenze del Movimento dei Focolari rinnova un appello alla solidarietà per aiutare le migliaia di famiglie in fuga.