Movimento dei Focolari

Kelma tal-Ħajja – April 2012

Mar 31, 2012

[:ot]“Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għidtilkom” (Ġw 15, 3).

Naħseb li meta d-dixxipli semgħu dan il-kliem ċar u ta’ inkuraġġiment mingħand Ġesù, qalbhom qabżet bil-ferħ. Kemm tkun ħaġa sabiħa kieku Ġesù jgħid dan il-kliem lilna wkoll! Mela ejjew nippruvaw nifhmuh biex inkunu denji tiegħu. Ġesù kien għadu kif għamel it-tixbieha tad-dielja u l-friegħi. Ġesù hu l-vera dielja, il-Missier il-bidwi li jqaċċat kull fergħa li ma tagħmilx frott u l-fergħa li tagħmel frott jiżborha biex tagħmel aktar. Wara li fisser dan, qal: “Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għidtilkom.” “Intom ġa ndaf…”. Din x’indafa hi li qed jitkellem fuqha? Qed jitkellem fuq meta aħna nkunu lesti li niftħu qalbna għal Alla, meta ma jkun hemm xejn li jtellef (ngħidu aħna d-dnub), jew li jeħodha kontra l-kuntatt mal-affarijiet sagri, mal-laqgħa tagħna m’Alla. Biex ikollna din l-indafa neħtieġu l-għajnuna mis-Sema. Fit-Testment il-Qadim, il-bniedem kien ġa ntebaħ li ma jistax jersaq lejn Alla bil-ħila tiegħu biss. Kien jeħtieġ li Alla jsaffilu qalbu, li jagħtih qalb ġdida. Salm mill-isbaħ jgħid hekk: “… oħloq fija, o Alla qalb safja” (Salm 51 «50», 12). “Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għidtilkom.” Skont Ġesù hemm mezz biex insiru safjin: il-kelma tiegħu. Dik il-kelma li d-dixxipli kienu semgħu, żammew sħiħ fiha u li kienet issaffihom. Fil-fatt, il-kelma ta’ Ġesù mhijiex bħal kliem il-bniedem. Fiha hemm Kristu, bħalma jinsab b’mod ieħor fl-Ewkaristija. Biha Kristu jidħol fina. Meta aħna naċċettawha u ngħixuha, inkunu qed inħallu ’l Kristu jitwieled u jikber f’qalbna. Il-Papa Pawlu VI kien jgħid: “Ġesù kif ikun preżenti f’qalbna? Ikun preżenti bix-xandir tal-Kelma li biha jasal ħsieb Alla, jasal il-Verb, l-Iben t’Alla magħmul bniedem. Nistgħu ngħidu li l-Mulej jitwieled fina meta aħna naċċettaw li l-Kelma tiġi tgħammar fina”. “Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għidtilkom.” Il-Kelma ta’ Ġesù tixbah ukoll lil żerriegħa li tinxteħet fil-fond ta’ qalb il-bniedem li  jemmen. Meta l-bniedem jilqagħha, hi tidħol fih u bħal żerriegħa tiżviluppa, tikber, tagħti l-frott, “tikkristifikah” u tagħtih is-sura tiegħu. Meta l-Ispirtu s-Santu jqiegħed il-Kelma fil-fond ta’ qalbna, hi jkollha tassew il-qawwa li żżomm l-insara ’l bogħod mill-ħażen: sa ma l-Kelma taħdem fihom, u huma jinħelsu mid-dnub. Għalhekk ikunu safja. Jidneb biss min ma jismax mis-sewwa. “Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għidtilkom”. Mela kif irridu ngħixu biex ikun jixirqilna dan il-kliem ta’ tifħir ta’ Ġesù? Irridu ngħixu kull Kelma t’Alla, u nitrejqu biha mument wara l-ieħor, biex ħajjitna hawn fl-art tkun dejjem mibnija fuq il-Vanġelu. Dan biex naslu li jkollna l-istess ħsibijiet u xewqat ta’ Ġesù, biex nerġgħu ngħixu lilu fid-dinja, biex lis-soċjetà, li ħafna drabi hi mħassra bil-ħażen u d-dnub, nuruha s-safa t’Alla, dan id-dawl ċar li joħroġ mill-Vanġelu. Matul dan ix-xahar, ejjew nippruvaw ngħixu l-aktar dik il-Kelma li turina l-kmandament tal-imħabba lejn xulxin. Nagħmlu hekk jekk nistgħu, jiġifieri jekk hemm oħrajn li jaħsbuha bħalna. Tant hu hekk li San Ġwann l-Evanġelista, li mill-Vanġelu tiegħu ttieħdet din il-Kelma tal-ħajja, jorbotha mal-kmandament il-ġdid. Skont dan l-Evanġelista, meta aħna ninħabbu bejnietna, inkunu qed ngħixu l-Kelma li tħalli l-effetti tagħha ta’ tisfija, ta’ qdusija, ta’ ħelsien mid-dnub, ta’ grazzji, u hekk nersqu aktar qrib t’Alla. Wieħed waħdu, maqtugħ mill-oħrajn, ma jkunx jiflaħ iżomm sod għal ħafna żmien quddiem il-ġibdiet tad-dinja. Imma meta jkun hemm l-imħabba bejnietna huwa jsib ambjent b’saħħtu li jkun jista’ jgħinu jħares il-ħajja nisranija ġenwina tiegħu.

Chiara Lubich

0 commenti

Invia un commento

Il tuo indirizzo email non sarà pubblicato. I campi obbligatori sono contrassegnati *

Iscriviti alla Newsletter

Pensiero del giorno

Articoli Correlati

35 anni di EdC: un cammino di rigenerazione

35 anni di EdC: un cammino di rigenerazione

Incontro, celebrazione e impegno: così si è vissuto il 35° anniversario dell’Economia di Comunione. Celebrando il cammino percorso per rinnovare insieme l’impegno di continuare a costruire un’economia più umana e rigenerativa.

Un’eredità preziosa: il Paradiso ‘49 di Chiara Lubich

Un’eredità preziosa: il Paradiso ‘49 di Chiara Lubich

Il 22 maggio 2026, presso la Sala Paolo VI della Pontificia Università Lateranense di Roma, si è svolta la prima presentazione del volume “Paradiso ‘49” di Chiara Lubich, una raccolta di scritti attraverso i quali la Fondatrice del Movimento dei Focolari, dà testimonianza e condivide la sua esperienza mistica vissuta tra il 1949 e il 1951.

Chiara Lubich: «Sai dove siamo?»

Chiara Lubich: «Sai dove siamo?»

E’ il 16 luglio 1949. Chiara Lubich si trova a Tonadico, sulle Dolomiti, nel nord Italia, per un periodo di riposo insieme ad alcune delle prime e dei primi compagni. Lì sono raggiunti dall’on. Igino Giordani, che Chiara chiamava Foco. Quel giorno Chiara e Foco stringono un Patto di unità, preludio all’esperienza spirituale e mistica che Chiara compirà tra il 1949 al 1951. Un periodo conosciuto come “Paradiso ‘49” i cui testi sono stati recentemente pubblicati in un volume. Nell’introduzione ad esso, il teologo Piero Coda, offre alcuni approfondimenti “Per una lettura teologica” del testo. Ne pubblichiamo uno stralcio, proprio legato al Patto del 16 luglio insieme ad un breve video di Chiara Lubich del 20 dicembre 1999, quando racconta ai Gen, i giovani dei Focolari, questa esperienza di luce.